Jekk m’intix midħla ta’ Ħal Qormi forsi smajt biss li dar-raħal hu magħruf għall-fran u l-ħobż. Iżda dwar Ħal Qormi – li l-istorja tiegħu tmur lura ħafna sekli – hemm wisq iktar x’tiskopri. Ngħidu aħna, kif kienet laqtitu l-pesta… għala għandu armerija… u s-sehem kbir ta’ wieħed minn uliedha fl-imblokk tal-Franċiżi.

Jekk dal-ġrajjiet iqanqlulek kurżità, ingħaqad magħna għal ‘Passejn fil-Belt ta’ Pinto’, mixja ggwidata minn Mario Coleiro, fit-13 ta’ Diċembru. Nofs il-qligħ minn din l-attività se jmur għal Dar Bjorn, li tinsab f’Ħal Qormi stess. Niltaqgħu quddiem il-Knisja tal-Vitorja fil-10.45am. Il-mixja tibda fil-11.00am u tintemm madwar is-13.00pm.

Biljetti jiswew €10 għall-adulti, anzjani u studenti, u €5 għal tfal u membri ta’ Heritage Malta. Tista’ tirriserva postok minn kwalunkwe mużew jew sit ta’ Heritage Malta, jew online fuq https://heritagemalta.mt/store/e1142/

Passejn fil-Belt ta’ Pinto

Event

13 Dec 2022

Tuesday: 11.00 - 13.00

Qormi, Malta

Adults €10.00

Seniors €10.00

Students €10.00

Children €5.00

Members €5.00

Getting Here

Address

Qormi,

Malta

Get Directions

Public Transport

The closest bus stop is 5 minutes on foot. Interested in getting here by public transport?

Plan your journey
Skip to content