Terraq magħna fil-kapitali f’mixja oħra gwidata, u skopri aktar dwar l-istorja, l-arti u l-arkitettura li jagħmlu lill-Belt Valletta l-ġawhra li hi, mil-lenti tal-arti kontemporanja.

Il-gwida eċċellenti Mario Coleiro se jgħinna nħarsu lejn kif l-arti tal-passat u dik tal-preżent jitwaħħdu flimkien, waqt li nesploraw l-imkejjen ikoniċi tal-Belt, issa mżejna b’xogħlijiet artistiċi kontemporanji li jiffurmaw parti mill-ewwel edizzjoni tal-maltabiennale.art.

Se nħarsu lejn xogħlijiet ta’ artisti ta’ fama mondjali kemm tal-imgħoddi kif ukoll ta’ żminijietna, fosthom Mattia Preti, Caravaggio, Austin Camilleri, Trevor Borg u Renzo Piano.

Fost l-inħawi importanti li se nżuru nsibu MUŻA, Pjazza Kastilja, il-Parlament, il-Knisja ta’ San Franġisk, il-Konkatidral ta’ San Ġwann, Pjazza Repubblika, il-Berġa ta’ Aragona, u l-Katidral Anglikan.

Prezzijiet tal-biljetti: Adulti €10, anzjani €5, studenti €5, tfal €5, membri €5

Data: Il-Ġimgħa,19 ta’ April 2024

Ħin: 6.30pm – 8.30pm

Post fejn se niltaqgħu: MUŻA, Triq Merkanti, il-Belt Valletta

Mixja ma’ Mario Coleiro – Edizzjoni Speċjali maltabiennale.art!

Event

19 Apr 2024

Il-Ġimgħa: 18.30 - 20.30

Valletta, Malta

Adulti €10

Anzjani, Studenti, Tfal, Membri €5

Getting Here

Address

Auberge D'Italie,

Merchants Street,

Valletta,

Malta

Get Directions

Public Transport

The closest bus stop is 2 minutes on foot. Interested in getting here by public transport?

Plan your journey
Skip to content