Nhar il-Ħadd 5 ta’ Mejju, Heritage Malta qed tistedinkom tingħaqdu ma’ Mario Coleiro għal vjaġġ imlewwen qalb it-trejqiet kurjużi u rkejjen storiċi tal-kapitali tal-gżira Għawdxija, b’lenti fuq l-arti kontemporanja esibita fihom bħalissa bħala parti mill-ewwel edizzjoni tal-maltabiennale.art.

Se nibdew il-mixja mill-Pjazza tat-Tokk, fej insibu l-binja tal-Banca Giuratale, imbagħad inżuru u niskopru ġrajjiet u spunti dwar Pjazza San Ġorġ, il-Mandraġġ, u l-Pjazza tat-Tokk. Ma jistax jonqos li nżuru wkoll iċ-Ċittadella u nsiru nafu aktar dwar ir-rakkonti li żżomm imħaddna wara s-swar setgħana tagħha.

Se nterrqu wkoll lejn Casa Bondi (illum il-Mużew tal-Arkeoloġija ta’ Għawdex), ninżlu fil-foss u nimxu lejn dawk li żmien ilu kienu ġibjuni tal-ilma, biex nammiraw il-bini tagħom. Lura għal Triq it-Tiġrija, se ngħaddu minn quddiem iż-żewġ teatri tant maħbubin, u nispiċċaw fil-Ġnien ta’ Villa Rundle.

L-artisti li se niddiskutu ġejjin minn pajjiżi madwar id-dinja kollha, fosthom il-Brażil, il-Messiku, l-Amerika, il-Kroazja, il-Belġju, l-Eġittu, Franza, il-Ġermanja u l-Italja, flimkien ma’ Malta. 

Il-biljetti, bil-prezz ta’ €10 għall-adulti u €5 għall-anzjani, studenti, tfal u l-membri ta’ Heritage Malta, jistgħu jinxtraw online minn Store – Heritage Malta u mill-mużewijiet u s-siti kollha ta’ Heritage Malta.

Din l-attività hija bil-Malti.

Mixja ma’ Mario Coleiro – Edizzjoni biennale!

Event

05 May 2024

Sunday: 10.00 - 12.00

Ir-Rabat, Gozo

Adults €10

Seniors €5

Students €5

Children €5

Members €5

Getting Here

Address

Teatru Astra,

Triq ir-Repubblika,

Ir-Rabat,

Gozo

Get Directions

Public Transport

The closest bus stop is 5 minutes on foot. Interested in getting here by public transport?

Plan your journey
Skip to content