Home » Police HQ / 2nd World War Hospital Shelter

Police HQ / 2nd World War Hospital Shelter

0.00
Clear
Category:  Member Events Tickets
Description
Additional Information

Għeżież membri tal-aġenzija, se niskopru flimkien ġrajjet il-Pulizija!

Heritage Malta qed tagħmlilkom stedina esklużiva biex nhar is-Sibt 25 ta' Mejju taslu waslu sal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana għal dawra unika ma' din il-binja ikonika, inkluż ix-xelter tagħha li kien parti mill-Isptar fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija. Id-dawra tinkludi wkoll interpretazzjoni awdjoviżiva dwar l-istorja tal-Korp tal-Pulizija.

Se jkollkom l-opportunità li ssiru tafu aktar dwar il-proġett kbir tal-Mużew tal-Pulizija - li qed iwaħħad ħidmet il-Korp ma' dik ta' Heritage Malta - permezz ta' filmat 3D u artefatti li se jsibu posthom fil-vetrini tal-mużew ladarba jitlesta.

Il-biljetti huma b’xejn u riservati biss għall-membri ta' Heritage Malta, iżda huwa meħtieġ li terfgħu postkom minn hawn jew mill-mużewijiet u s-siti kollha ta' Heritage Malta. Dakinhar tal-avveniment se tintalbu turu l-kard tas-sħubija tagħkom f'Heritage Malta.

Dan l-avveniment jibda fl-10.00am u jintemm għall-ħabta tal-11.00am. Niltaqgħu quddiem il-Kwartieri fl-9.45am.

Type

Adult, Senior, Student, Children, Member

Stay up to date about our exhibitions, news, programs, and special offers.

Skip to content