On Saturday 22nd June, Heritage Malta is inviting the public to a special half-day seminar at the Inquisitor’s Palace – National Museum of Ethnography, in Birgu, which will explore the rich traditions and fashion of Maltese weddings.

This enlightening seminar is organised in conjunction with the current temporary exhibition ‘The Maltese Bride: 19th-20th century bridal wear in Malta’. It features a distinguished panel of speakers, each expert delving into a unique topic, providing attendees with a comprehensive understanding of the cultural, historical, and social nuances of weddings in Malta.

The speakers are: Annamaria Gatt – Curator for Costumes and Textiles, Rachel Grillo – Junior Professional Research Officer, Maria Rosaria Zammit Abouzid – Junior Professional Officer, Claire Bonavia – Principal Conservator for Textiles and Paper, Dr Noel Buttigieg – Food Historian, Marquis Nicholas DePiro – Historian, and Caroline Tonna – Art and Costume Historian.

The event will start at 8.30 and end at 13:00. Every participant will receive a complimentary exhibition catalogue, and will be invited to enjoy a refreshing coffee break.

Secure your ticket now on Store – Heritage Malta or at any of our sites. Heritage Malta members can book their place for free but will be requested to present their membership card on the day of the seminar for verification.

Important notice: Unfortunately, the venue is not wheelchair accessible and no lift is available.


Nhar is-Sibt 22 ta’ Ġunju, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku għal seminar ta’ nofstanhar fil-Palazz tal-Inkwiżitur – il-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija, fil-Birgu. Is-seminar se jesplora t-tradizzjoni rikka u l-moda tat-tiġijiet Maltin.

Dan is-seminar interessanti huwa organizzat b’rabta mal-wirja temporanja li għaddejja bħalissa, bl-isem ‘L-Għarusa Maltija: L-ilbies tat-tiġijiet fis-seklu 19 u 20 f’Malta’. Se jkun fih għażla ta’ kelliema distinti, b’kull espert joffri lenti fuq suġġett partikolari, u flimkien se jagħtu ħarsa komprensiva lejn l-aspetti kulturali, storiċi u soċjali tat-tiġijiet f’Malta.

Il-kelliema huma: Annamaria Gatt – Kuratriċi għall-Kostumi u t-Tessuti, Rachel Grillo – Uffiċjal Professjonali għar-Riċerka, Maria Rosaria Zammit Abouzid – Uffiċjal Professjonali, Claire Bonavia – Konservatriċi Ewlenija għat-Tessuti u għall-Karta, Dr Noel Buttigieg – Studjuż tal-Istorja tal-Ikel, il-Markiż Nicholas DePiro -Studjuż tal-Istorja, u Caroline Tonna – Studjuża tal-Istorja tal-Arti u tal-Kostumi.

L-avveniment jibda fit-8.30 u jintemm fis-13:00. Kull parteċipant se jirċievi kopja b’xejn tal-katalgu tal-wirja, u se jkun mistieden għal pawsa rinfreskanti għall-kafè.

Erfa’ postok issa billi tidħol hawn Store – Heritage Malta jew tmur fi kwalunkwe mużew jew sit ta’ Heritage Malta. Membri ta’ Heritage Malta jistgħu jirriservaw posthom bla ħlas iżda se jintalbu juru l-kard tas-sħubija tagħhom dakinhar tas-seminar.

Avviż importanti: Sfortunatament il-mużew mhuwiex aċċessibbli għal persuni li jużaw is-siġġu tar-roti u ma hemmx faċilità ta’ lift.

The Maltese Bride

Event

22 Jun 2024

Saturday: 08.30 - 13.00

Vittoriosa, Malta

Members €0

Getting Here

Address

Inquisitor’s Palace,

Main Gate Street, Birgu BRG 1023,

Vittoriosa,

Malta

Get Directions

Public Transport

The closest bus stop is 2 minutes on foot. Interested in getting here by public transport?

Plan your journey
Skip to content