Il-Padiljun ta’ Malta, f’MUŻA – il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, li jifforma parti mill-maltabiennale.art, se jkun qed jilqa’ l-viżitaturi mill-Erbgħa 13 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 31 ta’ Mejju 2024.
Il-Padiljun joffri ħarsa unika lejn pajjiżna, imsejsa fuq in-narrattivi differenti msawra fl-arċipelagu tagħna.
L-istejjer li nisġu lil ġensna jistgħu jiġu rakkontati biss mill-individwi li għexuhom. Xi wħud jistgħu jħossu sens ta’ appartenenza, filwaqt li oħrajn iħossuhom iżolati meta jkunu qrib jew fuq l-art. Il-ħafna bidliet li qed iseħħu fit-tessut storiku tal-gżejjer huma importanti u ma jistgħux jitħallew inosservati.
L-iskop ta’ dan il-padiljun, bit-tema ‘SEJBIET U STEJJER’, huwa li jikxef dawn in-narrattivi; xi wħud jistgħu jkunu reali filwaqt li oħrajn huma kunċettwali.
Permezz ta’ kunċetti differenti, l-artisti Norbert Francis Attard (1951), Alexandra Aquilina (1987), Trevor Borg (1976) u Patrick J. Fenech (1957) jippreżentaw sens ta’ skoperta lejn l-istorja tagħna filwaqt li jesponu narrattivi viżibbli f’Malta kontemporanja.
Il-Padiljun jesebixxi wkoll numru ta’ xogħlijiet mill-kollezzjoni tal-arti kontemporanja li tinsab f’MUŻA. Ix-xogħlijiet magħżula, li jsegwu t-tema enfasizzata fil-Padiljun, jiffurmaw parti minn kollezzjoni ferm akbar li l-għan tagħha huwa li tiddokumenta x-xogħlijiet, l-iżvilupp u l-kisbiet tal-artisti fl-istorja internazzjonali tal-arti viżiva kontemporanja.
L-artisti huma: Kurt Arrigo (1969), Kris Micallef (1988), Debbie Caruana Dingli (1962), Jesmond Vassallo (1976), Andrew Diacono (1958), Ryan Falzon (1988), Alex Attard (1955), Nigel Baldacchino (1989), Teresa Sciberras (1979), Robert Zahra (1977), Margerite Pulè (1976), Charlie Cauchi (1980), Kane Calì (1983), Nico Conti (1992), Pierre Portelli (1961), Ruth Bianco (1955), Paul Scerri (1959) u Charles is-City Gatt (1944-2022).
Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mill-10.00am sas-6.00pm, u l-biljetti se jkunu jistgħu jinxtraw mill-ħanut virtwali ta’ Heritage Malta: Store – Heritage Malta mit-13 ta’ Marzu ’l quddiem.
Għal aktar tagħrif dwar il-maltabiennale.art tistgħu żżuru s-sit uffiċjali: www.maltabiennale.art
The Malta Pavilion
The Malta Pavilion, at MUŻA – the National Museum of Art, which forms part of the maltabiennale.art, will be welcoming visitors from Wednesday 13th March till Friday 31st May 2024.
The pavilion offers a unique look at our country, based on the different narratives which exist within our archipelago.
The stories that weaved our very identity can only be narrated by the individuals who lived them. Some can feel a sense of belonging, while others feel isolated when they are on land or close to it. The many changes happening to the islands’ historical fabric are important and cannot be left unnoticed.
The purpose of this pavilion, with the theme ‘FINDINGS AND STORIES’, is to uncover these narratives; some may be real while others are conceptual.
Through different concepts, artists Norbert Francis Attard (1951), Alexandra Aquilina (1987), Trevor Borg (1976) and Patrick J. Fenech (1957) present a sense of discovery towards our history while exposing visible narratives in contemporary Malta.
The Maltese Pavilion is also exhibiting a number of works from MUŻA – Heritage Malta’s contemporary art collection. The selected works, which follow the theme highlighted in the pavilion, form part of a much larger collection the purpose of which is to document artists’ works, development and achievements within the contemporary international histories in the visual arts.
The artists are: Kurt Arrigo (1969), Kris Micallef (1988), Debbie Caruana Dingli (1962), Jesmond Vassallo (1976), Andrew Diacono (1958), Ryan Falzon (1988), Alex Attard (1955), Nigel Baldacchino (1989), Teresa Sciberras (1979), Robert Zahra (1977), Margerite Pulè (1976), Charlie Cauchi (1980), Kane Calì (1983), Nico Conti (1992), Pierre Portelli (1961), Ruth Bianco (1955), Paul Scerri (1959) and Charles is-City Gatt (1944-2022).
Opening hours are from 10.00am to 6.00pm, and tickets will be available for purchase at Heritage Malta’s online store: Store – Heritage Malta from the 13th of March onwards.
For more information on the maltabiennale.art you may visit the official website: www.maltabiennale.art
Il-Padiljun ta’ Malta
Exhibition
13 Mar 2024 - 31 May 2024
Mondays - Sundays: 10.00 - 18.00
Valletta, Malta
Adults €10
Seniors €7.50
Students €7.50
Children €5.50
Getting Here
Public Transport
The closest bus stop is 2 minutes on foot. Interested in getting here by public transport?
Plan your journey