Ingħaqad magħna nhar it-Tlieta 2 ta’ April, fil-Palazz tal-Inkwiżitur, għal taħlita unika ta’ arti u xjenza kulinari, maħsuba għal parteċipanti ta’ 8 snin jew aktar. Dan il-workshop interattiv, bejn is-14:30 u l-16:00, joffri esplorazzjoni fil-fond tad-drawwiet tradizzjonali tal-Għid u l-prinċipji xjentifiċi warajhom, kollha mgeżwrin f’esperjenza waħda

Għall-prezz ta’ 15-il ewro, dawk li jattendu se jkollhom l-opportunità li jmiddu jdejhom u joħolqu huma wkoll ir-reġina tal-ħlewwiet ta’ dawn iż-żminijiet – il-figolla! Waqt li jħalltu, jiffurmaw u jaħmu l-kreazzjonijiet tagħhom, il-parteċipanti mhux biss se jitgħallmu dwar it-tifsira kulturali ta’ din it-taħwira maħbuba iżda wkoll dwar it-tradizzjonijiet kulinari marbutin ma’ żmien l-Għid f’Malta.

Waqt li l-figolli jkunu fil-forn, l-edukatur tax-xjenza tagħna se jiggwida lill-parteċipanti f’diskussjoni interessanti dwar il-kunċett tal-enerġija u r-relazzjoni tiegħu mal-kaloriji. Din il-parti tixħet dawl fuq ix-xjenza involuta fl-ikel li nieklu, u tipprovdi għarfien siewi dwar kif l-enerġija tinqaleb f’kaloriji u tmexxi lil ġisimna u l-attivitajiet kollha tiegħu.

Nota importanti: Din l-attività tinvolvi ingredjenti li jistgħu jqanqlu sintomi f’nies b’allerġiji, inkluż ġewż, bajd, u glutina. Nagħtu parir lill-parteċipanti b’allerġiji biex jikkunsidraw dan il-fatt meta jirreġistraw għall-workshop.

Titlifx din l-opportunità biex tgħaqqad il-ferħ tal-ħami tal-Għid mad-dinja affaxxinanti tax-xjenza fil-Palazz tal-Inkwiżitur! Il-biljetti jistgħu jinkisbu online: Store – Heritage Malta jew mill-mużewijiet u s-siti kollha tagħna.

Cookalong – Figolli (MLT)

Event

02 Apr 2024

Tuesday: 14.30 - 16.00

Vittoriosa, Malta

General €15

Getting Here

Address

Inquisitor's Palace,

Main Gate Street, Birgu BRG 1023,

Vittoriosa,

Malta

Get Directions

Public Transport

The closest bus stop is 3 minutes on foot. Interested in getting here by public transport?

Plan your journey
Skip to content