Home » 29/09 – Rakkonti mit-Tarzna: Proġetti – L-Aspett Kummerċjali u l-Proċess tal-Produzzjoni

29/09 – Rakkonti mit-Tarzna: Proġetti – L-Aspett Kummerċjali u l-Proċess tal-Produzzjoni

0.00
Clear
Category:  Tickets Event Tickets
Description
Additional Information

Heritage Malta bi pjaċir qed tistiednek għar-raba' taħdita fis-sensiela ta’ taħditiet minn eks ħaddiema tat-Tarzna, sessjoni oħra li tqanqal il-ħsieb u l-memorja. Din se tittella' fil-Mużew Marittimu, il-Birgu, nhar il-Ħadd 29 ta’ Settembru fl-10:00 am.

Din id-darba flimkien se nidħlu fid-dettall dwar il-kummerċjalizzazzjoni tat-Tarzna ta' Malta. Kien fl-1959 li l-kumpanija privata Bailey (Malta) Limited ħadet ir-riedni tat-Tarzna f’idejha mingħand l-Ammiraljat. B’din il-bidla, it-Tarzna mxiet mis-sistemi tal-Ammiraljat u l-Imperu għal dinja kompetittiva kummerċjali, suġġetta għal bidliet politiċi internazzjonali, rati tal-merkanzija varjabbli, rekwiżiti u regolamenti ġodda, sussidji ta' gvernijiet, u sidien ta’ vapuri li jfittxu l-aktar prezzijiet kompetittivi. Il-kumpanija Bailey fetħet il-bieb għat-Tarzna moderna.

F’dinja kummerċjali, in-negozju tal-vapuri kien kompetittiv ħafna. Is-sidien bejniethom jiġġieldu għax-xogħol, u dan kien jirrifletti direttament fuq il-kompetittività tat-Tarzna. L-aktar ħaġa importanti għall-klijent kienet iż-żmien meħtieġ biex jitlesta l-vapur tiegħu, imbagħad  il-prezz, u wara tiġi l-kwalità.

Fid-Dockyard diversi proġetti kienu jkunu għaddejjin fl-istess ħin, bit-taqsimiet tal-produzzjoni japplikaw sistema stabbilita biex jesegwuhom. L-elementi ewlenin għat-tlestija b'suċċess kienu jinkludu l-ippjanar tal-proġett, l-allokazzjoni tal-ħaddiema, u l-kontroll tal-ispejjeż biex jiġi żgurat is-sodisfazzjon tal-klijent.

Din id-diskussjoni timmira li tkompli taqsam il-wirt għani tat-Tarzna u toffri lill-parteċipanti titwila mill-qrib lejn din id-dinja mhux wisq magħrufa. Titlifx din l-opportunità biex tesplora l-istorja tat-Tarzna dritt minn fomm uliedha!

Id-diskussjoni se ssir fil-Mużew Marittimu ta' Malta, il-Birgu. Il-parteċipazzjoni hija bla ħlas iżda hija miftuħa biss għal dawk li jibbukkjaw post minn qabel minn hawnhekk Store - Heritage Malta jew mill-mużewijiet u s-siti ta' Heritage Malta, billi l-postijiet huma limitati.

Type

Adult, Senior, Student

Stay up to date about our exhibitions, news, programs, and special offers.

0
    0
    Your Cart
    Your cart is emptyReturn to Shop
    Skip to content