Qatta’ tmiem il-ġimgħa f’Villa Portelli, li ġmielha ma jmut qatt!

Heritage Malta qed tistiednek biex fl-14 u fil-15 ta’ Ottubru tqatta’ jumejn tesplora dak li għandha x’toffri Villa Portelli, li dan l-aħħar ġiet fdata taħt il-ħarsien tagħha. B’veduti mill-isbaħ tal-Qala tal-Kalkara, Villa Portelli lesta biex tilqgħek għal weekend mimli attivitajiet marbutin mal-istorja u l-kultura ta’ pajjiżna.

🏰 Skopri l-legat:

Mifruxa fuq medda ta’ erba’ tomniet, il-binja ta’ Villa Portelli tirrappreżenta legat ta’ parti min-narrativa storika ta’ Malta. Kull pass li tagħmel fiha jirrakkontalek ġrajja li bdiet bħala dar għall-mistrieħ ta’ negozjant Malti u ssoktat bħala residenza ta’ personaġġi influwenti Ingliżi.

🌳 Ġonna sbieħ u taħditiet intriganti:

Wara ġimgħa xogħol, qatta’ ftit waqtiet ta’ paċi u serħan fil-ġonna sbieħ ta’ Villa Portelli. Se jkun hemm taħditiet minn Heritage Malta u Wirt il-Kalkara (jalternaw) fil-11.00am, 12.00pm, is-2.00pm u t-3.00pm, fejn tista’ tisma’ stejjer intriganti li jagħtu l-ħajja lil dak li se tara madwarek.

Jekk jogħġbok importanti tkun taf li s-sit mhuwiex kompletament aċċessibbli għal persuni bi sfidi ta’ mobilità.

🎫 Esperjenzi speċjali:

Aħtaf l-opportunità ta’ one-stop-shop għall-Passaport ta’ Heritage Malta għall-Istudenti u l-Anzjani. Imma mhux biss! Se ssib ukoll offerti speċjali biex tesperjenza s-siti u l-mużewijiet ta’ Heritage Malta.

🌈 Kollox maħdum bizzilla:

Se jkollna magħna wkoll il-konservaturi ta’ Heritage Malta, li se joffrulek opportunità rari biex tarahom jaħdmu fuq artefatti fdati f’idejhom.

U jekk togħġbok il-bizzilla, żgur se tieħu gost tara x-xogħol jinħadem quddiem għajnejk. Jekk tixtieq, tista’ wkoll toħloq ftit bizzilla inti stess taħt gwida esperta.

Se jkun hemm esibiti wkoll għadd ta’ oġġetti u ritratti marbuta mal-festa tal-Kalkara u l-Villa nnifisha, u l-Ħadd fl-10.00am se tiġi ċċelebrata quddiesa.

🧒 Attivitajiet għaċ-ċkejknin:
Minn sessjonijiet ta’ qari ta’ kotba offruti mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, għal dimostrazzjoni ta’ tisjir, żrigħ ta’ pjanti u żrieragħ, attività’ mnebbħa minn kelb il-baħar, u workshops dwar navigazzjoni, fortifikazzjonijiet, il-Piccolo Soccorso u pupi tal-karti, fost oħrajn, żgur li l-iżgħar fostna se jqattgħu mumenti divertenti fil-Villa.

☕ Kafè u kultura:

Ħsibnielek ukoll għal meta jaqbdek l-aptit ta’ belgħa kafè u xi ħaġa xi tnaqqar. U tinsiex tittawwal fil-ħanut tas-souvenirs mnejn se tkun tista’ takkwista oġġetti ħelwin li jibqgħulek tifkira ta’ dan il-weekend speċjali.

🕶️ Avventura ta’ realtà virtwali:

Ħalli f’idejn it-taqsimiet ta’ Heritage Malta li jieħdu ħsieb id-Diġitizzazzjoni u l-Wirt Kulturali ta’ Qiegħ il-Baħar biex jeħduk fuq vjaġġ virtwali li matulu tistħajjel li b’mod maġiku tirt minn Villa Portelli u qed tiskopri l-istorja ta’ siti oħra fil-Gżejjer Maltin.

📸 Kemm tifkiriet iħalli warajh iż-żmien!

Jekk għandek memorji personali ta’ Villa Portelli, jew forsi kbirt tisma’ r-rakkonti ta’ qrabatek dwar il-villa, se ssibna b’widnejna miftuħin beraħ għax tassew nixtiquk taqsam tifkirietek magħna.
Waqt l-Open Weekend se tkun tista’ tirrakkontalna kulma tiftakar f’intervista qasira. Tista’ wkoll iġġib miegħek oġġetti personali b’rabta ma’ Villa Portelli, u tħalli f’idejna biex niddiġitizzawhom. Ħaġa waħda biss nitolbuk – jekk jogħġbok agħmel appuntament minn qabel billi tibgħat email lil digitisation@gov.mt.

🎉 Kalejdoskopju ta’ attivitajiet:

Sew jekk għandek l-istorja għal qalbek, sew jekk tħobb l-arti, u sew jekk sempliċiment tixtieq tinqata’ mir-rutina ta’ kuljum, il-weekend f’Villa Portelli se jolqot il-gosti tiegħek, ta’ ħbiebek u ta’ wliedek. Se jkun he

🗓️ Niżżel id-dati fil-kalendarju:

Immarka d-djarju u ejja gawdi magħna dawn il-jumejn ta’ storja, arti u divertiment għall-familja kollha, filwaqt li niċċelebraw il-ġmiel ta’ Villa Portelli.

🌟 Se nistennewk bil-ħerqa!

Step into the Timeless Splendour of Villa Portelli: A Weekend Extravaganza!

On the 14th and 15th of October, from 10 AM to 5 PM, Heritage Malta is extending a special invitation for you to explore the enchanting world of Villa Portelli, its latest jewel, nestled on the hills overlooking Kalkara Creek. This captivating weekend promises a kaleidoscope of activities, immersing you in a rich tapestry of art, history, and craftsmanship.

🏰 Discover the Legacy:

Situated on 4 tumoli of land, Villa Portelli’s impressive structure stands as a testament to Malta’s historical narrative. Once a residence to influential figures during the British period, the villa’s story unfolds with each step you take.

🌳 Majestic Gardens and Engaging Lectures:

Immerse yourself in the tranquility and beauty of Villa Portelli’s gardens, the heart of our event. Learn more in engaging lectures, which will be given by Heritage Malta and Wirt il-Kalkara (alternatingly) at 11.00am, 12.00pm, 2.00pm and 3.00pm, and discover the hidden secrets and intriguing stories behind artefacts and landscapes.

Please note the site is not completely accessible for persons with mobility issues.

🎫 Unlock Special Experiences:

Avail yourself of exclusive promotions with our one-stop-shop for Senior and Student Heritage Malta Passports. Open the door to a world of special offers and experiences in Heritage Malta museums and sites.

🌈 A Colourful Celebration:

Conservators will also join the festivities, offering a rare opportunity to witness the real-time conservation of artefacts.

Interested in crafts? A live lace-making session will surely keep you tantalised, and if you feel creative enough you will even be able to craft your own masterpiece under the guidance of a skilled artisan.

A number of objects and photos related to the Kalkara festa and the Villa itself will also be exhibited during this event, and a mass will be said on Sunday at 10.00am.

🧒 For the little ones:
From book-reading sessions offered by the National Literacy Agency, to a cooking demonstration, a seed-sowing session, an activity inspired by a shark, and workshops focusing on navigation, fortifications, the Piccolo Soccorso and paper dolls, amongst others, the youngest among us will surely have a fun time at the Villa.

Coffee and Culture Fusion:

Indulge your senses in a delightful blend of coffee and culture at our coffee shop, curated in collaboration with Taste History. Explore the souvenir shop for unique mementos that capture the essence of this extraordinary experience.

🕶️ Virtual Reality Adventure:

Hosted by Heritage Malta’s cutting-edge Underwater Cultural Heritage and Digitisation Units, our virtual reality sets will transport you to different realms, fusing technology and heritage for a truly immersive experience.

📸 It’s not the place, it’s the memories that live there!

Do you have fond memories of Villa Portelli, or perhaps you grew up listening to parents or relatives recounting their own recollections of the villa? If so, we’re all ears!
During this open weekend you will be able to record your memories in a short interview, or even get personal items related to the Villa along with you, and we’ll digitise them for posterity. Please book an appointment for your interview beforehand, by sending an email to digitisation@gov.mt.

🎉 A Kaleidoscope of Experiences:

Whether you’re a history enthusiast, art connoisseur, or seeking a weekend escape, our event promises a unique blend of experiences for everyone.

🗓️ Mark Your Calendars:

This weekend transcends time, offering an unforgettable blend of history, art, and fun. Join us in celebrating a cultural masterpiece at Villa Portelli, where every moment is a brushstroke on the canvas of cultural celebration!

🐕This event is a pet-friendly occasion. Your furry friends must be kept on a leash. ‘Poop bins’ will be provided to deposit any waste.

🌟 We eagerly await your presence for a weekend of wonder and discovery!

Villa Portelli Open Weekend

Open Day

14 Oct 2023 - 15 Oct 2023

Saturday: 10.00 - 17.00

Sunday: 10.00 - 17.00

Kalkara, Malta

Adult, Senior, Student, Children, Member €0

Getting Here

Address

Villa Portelli,

Triq il- Marina,

Kalkara,

Malta

Get Directions

Public Transport

The closest bus stop is 2 minutes on foot. Interested in getting here by public transport?

Plan your journey
Skip to content