Taf min kienet Cosmana Navarra? U qatt ġietek kurżità għala fir-Rabat hemm statwa magħrufa bħala San Pawl taż-Żurżieqa u sptar li nfetaħ aktar minn 600 sena ilu? Biex tiskopri dan kollu u aktar, nhar il-Ħadd, 19 ta’ Marzu Heritage Malta qed tistiednek timxi ma’ Mario Coleiro fit-toroq u l-isqaqien tar-Rabat, fil-ftuħ tal-pjazez u d-dlam tal-katakombi, fejn se nkomplu fejn ħallejna fl-aħħar mixja tagħna f’dar-raħal bi stejjer kbar x’jirrakkonta.
Niltaqgħu fejn in-niċċa ta’ San Pawl fuq is-Saqqajja fl-09:45am. Il-mixja tibda fil-10:00am u tintemm madwar in-12:30pm.
Il-biljetti jiswew €10 għall-adulti, anzjani u studenti, u €5 għal tfal u membri ta’ Heritage Malta. Tista’ tirriserva postok minn kwalunkwe mużew jew sit ta’ Heritage Malta, jew online fuq din il-link.
Rakkonti fir-Rabat: Inkomplu fejn ħallejna – Mixja ma’ Mario Coleiro
Event
19 Mar 2023
Sunday: 10.00 am
Rabat, Malta
Admission €10
Children €5
Members €5
Getting Here
Public Transport
The closest bus stop is 3 minutes by walk. Interested in getting here by public transport?
Plan your journey