Home » 6/10 – European Networking Days – Tours

6/10 – European Networking Days – Tours

0.00
Clear
Description
Additional Information

Nhar is-Sibt l-5 u l-Ħadd s-6 ta’ Ottubru, Heritage Malta, il-Kunsill Lokali tal-Birgu u l-Kummissjoni Ġimgħa l-Kbira tal-Birgu qegħdin jistiednuk tingħaqad fi żjara gwidata offruta bla ħlas, sabiex tiskopri l-patrimonju artistiku u intanġibbli marbut mal-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid fil-Birgu.

Dan fuq stedina tal-European Network of Holy Week and Easter Celebrations li l-Kunsill Lokali tal-Birgu hu affiljat fiha flimkien ma’ bliet oħra Ewropej li fl-istess tmiem il-ġimgħa ser ikunu qegħdin jiċċelebraw il-wirt kulturali marbut ma’ dawn il-festi.

Iż-żjara tibda fl-10:00am b’introduzzjoni fil-wirja permanenti ġewwa l-Palazz tal-Inkwiżitur, u jkomplu b’ attrazzjonijiet oħrajn fil-Birgu marbuta mas-snajja’, l-artiġjanat, l-istorja u l-patrimonju artistiku tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid fil-Birgu.

Iż-żjara ser tkun tinkludi fost oħrajn spjega ġewwa l-Oratorju tal-Kurċifiss, fejn jinżammu l-vari u fejn għall-okkażjoni tħejjiet wirja fuq l-opri fil-metall li jżejnu l-istatwi tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Birgu. Naslu fit-tmiem ir-rotta madwar l-11:30am.

Irriserva postok billi taqta’ biljett minn kwalunkwe mużew jew sit ta’ Heritage Malta, jew online fuq www.heritagemalta.org/store. Niltaqgħu fir-reception tal-Palazz tal-Inkwiżitur, kwarta qabel kull żjara.

Type

Adult, Senior, Student, Children

Stay up to date about our exhibitions, news, programs, and special offers.

0
    0
    Your Cart
    Your cart is emptyReturn to Shop
    Skip to content