Home » 21/9 – Mixja ma’ Mario Coleiro: Skopri l-Furjana Magħna

21/9 – Mixja ma’ Mario Coleiro: Skopri l-Furjana Magħna

5.0010.00
Clear
Category:  Tickets Event Tickets
Description
Additional Information

Il-Furjana. Minn post il-ħażna tal-qamħ għall-ħobża ta' kuljum ta' missirijietna, għal sala bi qċaċet ippuntati li tispikka qalb il-friegħi għoljin, ġonna mimlija paċi u mfakar interessanti, u xatt mimli mkejjen kurjużi mfewħa b'melħ il-baħar kaħlani, il-belt ġara tal-kapitali żgur mhix nieqsa mill-ġrajjiet li lesta tirrakkontalek.

Heritage Malta qed tistiednek tiskopri l-Furjana waqt li tterraq fi triqatha, f’mixja ggwidata minn Mario Coleiro, nhar is-Sibt 21 ta’ Settembru li ġej.

Niltaqgħu quddiem il-Knisja ta' San Publiju fl-09:45am. Irriserva postok minn kwalunkwe mużew jew sit ta’ Heritage Malta, jew online hawn: https://shop.heritagemalta.org/

Type

Adult, Senior, Student, Children, Member

Stay up to date about our exhibitions, news, programs, and special offers.

0
    0
    Your Cart
    Your cart is emptyReturn to Shop
    Skip to content