Home » 20/10 – Rakkonti mit-Tarzna: Komunità – fiha u madwarha

20/10 – Rakkonti mit-Tarzna: Komunità – fiha u madwarha

0.00
Clear
Category:  Tickets Event Tickets
Description
Additional Information

Heritage Malta bi pjaċir qed tistiednek għall-ħames taħdita fis-sensiela ta’ taħditiet minn eks ħaddiema tat-Tarzna, sessjoni oħra li tqanqal il-ħsieb u l-memorja. Din se tittella' fil-Mużew Marittimu, il-Birgu, nhar il-Ħadd 20 ta’ Ottubru fl-10:00 am.

Din id-darba l-lenti se niffukawha fuq is-sens ta' komunità, kemm dak fost il-ħaddiema tat-Tarzna kif ukoll dak fl-ibliet u s-soċjetà ta' madwar it-Tarzna.

Il-kunċett ta' għaqda kien importanti ħafna għall-ġid tal-ħaddiem tat-Tarzna. Għas-sigurtà u ż-żamma ta' relazzjonijiet tajbin, il-komunikazzjoni kienet fattur essenzjali f'dak li kien xogħol f’ambjent diffiċli ħafna li dejjem kien jeħtieġ attenzjoni u ħidma f'tim. It-Tarzna kienet tfisser xi ħaġa differenti għal kull individwu li ħadem fi ħdanha – xi wħud, speċjalment dawk ta' età żgħira, ħarsu lejha bħala ċans ta' karriera u post fejn jitgħallmu sengħa, filwaqt li oħrajn rawha bħala simbolu ta' periklu, korriment, u t-telf ta' nies għeżież.

It-Tarzna kellha effetti kbar fuq il-komunità lokali madwar it-Tlett Ibliet. It-tradizzjoni marittima tagħhom, speċjalment bħala l-post fejn il-Kavallieri ta' San Ġwann kienu jibnu u jsewwu l-bastimenti tagħhom, rat bidla kbira meta daħlet fl-era industrijali mill-Ammiraljat. Biż-żmien, ħafna nies ħolqu rabtiet mat-Tarzna billi bosta familji kellhom membri mill-qrib jaħdmu hemm, kif ukoll kienu jafu ġirien jew ħbieb li kienu impjegati magħha. Oħrajn ilmentaw dwar l-effetti tagħha, speċjalment l-istorbju u t-tniġġis tal-arja. Il-bqija tal-popolazzjoni Maltija sawret l-opinjoni tagħha l-aktar mill-aħbarijiet, ħafna drabi bbażati fuq mumenti politiċi jaħarqu bejn it-tmexxija, it-trade unions, u l-ħaddiema nfushom, li xi kultant irriżultaw fi protesti u strajkijiet.

Titlifx iċ-ċans li tkun parti minn din id-diskussjoni unika bil-parteċipazzjoni ta' eks ħaddiema tat-Tarzna. It-taħdita se ssir fil-Mużew Marittimu ta' Malta, il-Birgu. Il-biljetti huma bla ħlas iżda huwa importanti ħafna li jinqatgħu minn qabel minn hawn Store - Heritage Malta jew mill-mużewijiet u s-siti ta' Heritage Malta, minħabba li l-postijiet huma limitati.

Type

Adult, Senior, Student

Stay up to date about our exhibitions, news, programs, and special offers.

0
    0
    Your Cart
    Your cart is emptyReturn to Shop
    Skip to content