Il-Furjana.
Minn post il-ħażna tal-qamħ għall-ħobża ta’ kuljum ta’ missirijietna, għal sala bi qċaċet ippuntati li tispikka qalb il-friegħi għoljin, ġonna mimlija paċi u mfakar interessanti, u xatt mimli mkejjen kurjużi mfewħa b’melħ il-baħar kaħlani, il-belt ġara tal-kapitali żgur mhix nieqsa mill-ġrajjiet li lesta tirrakkontalek.
Heritage Malta qed tistiednek tiskopri l-Furjana waqt li tterraq fi triqatha, f’mixja ggwidata minn Mario Coleiro, nhar is-Sibt 21 ta’ Settembru li ġej.
Niltaqgħu quddiem il-Knisja ta’ San Publiju fl-09:45am. Irriserva postok minn kwalunkwe mużew jew sit ta’ Heritage Malta, jew online hawn: https://shop.heritagemalta.org/
Mixja ma’ Mario Coleiro: Skopri l-Furjana Magħna!
Event
21 Sep 2024
Saturday: 09.30
Floriana, Malta
Adults €10
Seniors €5
Students €5
Children €5
Members €5
Getting Here
Public Transport
The closest bus stop is 1 minute on foot. Interested in getting here by public transport?
Plan your journey