Fit-23 ta’ Novembru, il-membri ta’ Heritage Malta huma mistednin iżuru r-Radar ta’ Ħad-Dingli, wieħed mit-tliet radars operattivi f’Malta. Ir-radars huma kruċjali fil-kontroll tat-traffiku tal-ajru, għandhom sehem importanti fis-sorveljanza u l-maniġġar tal-movimenti tal-ajruplani fl-ispazju tal-ajru Malti, u jiżguraw operat effiċjenti u bla periklu fl-avjazzjoni.
Ir-Radar ta’ Ħad-Dingli twaqqaf fl-1939 u kien l-ewwel sistema tar-radar f’Malta, mibni mill-Ingliżi bħala parti mill-infrastruttura tagħhom għad-difiża fil-gwerra. L-ewwel binja, magħrufa bħala l-Air Ministry Experiment Station (AMES) No. 241, aktar tard ingħaqdu magħha radar units oħrajn. Flimkien ma’ stazzjonijiet oħra fil-gżira, kienu jiffurmaw network trijangolari. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, is-sistema tar-radar ġiet integrata ma’ kumplessi taħt l-art u konnessa mal-Lascaris War Room fil-Belt Valletta biex id-difiża tkun tista’ tiġi kkordinata b’mod strateġiku.
Se jsiru tliet tours, kollha bil-Malti, fid-9am, fl-10am, u fil-11am. Din l-attività hija bla ħlas iżda wieħed irid jaqta’ l-biljetti minn qabel – jew minn hawn jew inkella minn kwalunkwe sit jew mużew ta’ Heritage Malta.
It-tours mhumiex ideali għal persuni bi problema ta’ mobilità.
(FULLY BOOKED) Żjara lir-Radar ta’ Ħad-Dingli – Avveniment għall-Membri
Tour
23 Nov 2025
Il-Ħadd: 09.00 - 10.00
Il-Ħadd: 10.00 - 11.00
Il-Ħadd: 11.00 - 12.00
Dingli, Malta
Membri €B'XEJN
Getting Here
Public Transport
The closest bus stop is 3 minutes on foot. Interested in getting here by public transport?
Plan your journey