Heritage Malta tistiednek għat-taħdita li jmiss fis-sensiela dwar l-Inkwiżizzjoni, ippreżentata minn Curtis Callus, studjuż u riċerkatur dwar din l-istituzzjoni storika, nhar il-Ħamis 13 ta’ Novembru fis-7.00pm fil-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu.

Din it-taħdita se tiddiskuti r-reazzjoni f’Malta, fi Sqallija u f’Sardinja, bejn is-snin 1517 u 1580, kontra l-Protestantiżmu. Għalkemm dawn il-gżejjer kienu meqjusa bħala periferiji, kienu esposti għall-kurrenti reliġjużi u politiċi tal-kontinent Ewropew. L-Inkwiżizzjoni Rumana twaqqfet speċifikament bl-għan li jitrażżan dan it-tixrid u l-infiltrazzjoni ta’ dawn l-ideat meqjusa ‘eretiċi’.

Min-naħa l-oħra, kien hemm l-Inkwiżizzjoni Spanjola. Meta beda jinfirex il-Protestantiżmu, din kienet diġà ilha topera madwar 40 sena. Kien hemm ukoll il-Ġiżwiti u l-awtoritajiet politiċi.

Fit-taħdita se nesploraw flimkien il-modi diversi li dawn il-forzi użaw biex waqqfu l-Protestantiżmu milli jaqbad sew f’dawn il-gżejjer.

L-ispazju huwa limitat – erfa’ postok, permezz ta’ donazzjoni ta’ €5, minn hawnhekk jew mill-mużewijiet u s-siti ta’ Heritage Malta.




Follow Heritage Malta’s WhatsApp Channel to stay informed!

Receive important alerts, including updates about potential event postponements due to unforeseen circumstances.

Reazzjoni għar-Riforma (1517–1580) – Taħdita Pubblika minn Curtis Callus

Public Lecture

13 Nov 2025

Il-Ħamis: 19.00 - 21.00

Vittoriosa, Malta

Donation €5

Getting Here

Address

Inquisitor’s Palace,

Main Gate Street, Birgu BRG 1023,

Vittoriosa,

Malta

Get Directions

Public Transport

The closest bus stop is 3 minutes on foot. Interested in getting here by public transport?

Plan your journey
Skip to content