Skopri l-istorja tal-imtieħen tad-dqiq li kienu jaħdmu bir-riħ, f’dawra gwidata fejn titgħallem dwar is-sehem ewlieni li kellhom dawn l-imtieħen fl-għajxien tal-komunitajiet Għawdxin.
Nitilqu b’kowċ mill-Port tal-Imġarr fl-9:45 am. Waqt li l-gwida jirrakkontalna l-istorja tat-tħin tad-dqiq f’Għawdex tul is-sekli, ngħaddu minn ħdejn imtieħen privati li jmorru lura sa żmien il-Kavallieri u żmien l-Ingliżi.
L-ewwel waqfa tagħna tkun fix-Xewkija, fejn nesploraw l-eqdem mitħna li għadha wieqfa f’Għawdex. Minn hemm nerħulha lejn ix-Xagħra biex inżuru l-Mitħna ta’ Kola – mitħna tas-seklu 18 fejn għadu ppreservat il-legat tal-aħħar taħħan ta’ Għawdex. Hemmhekk se nitrejqu b’belgħa kafè tradizzjonali, u nduqu togħmiet tipiċi ta’ żmien l-Għid mir-raħal tax-Xagħra.
Għall-ħabta tas-1:15 pm inkunu lura l-Port tal-Imġarr.
Il-biljetti jiswew €15 għall-adulti, għall-anzjani u għall-istudenti, filwaqt li t-tfal u l-membri ta’ Heritage Malta jħallsu biss €10.
Tħallix għall-aħħar biex tixtri l-biljetti! Issibhom hawn Store – Heritage Malta u fi kwalunkwe sit jew mużew ta’ Heritage Malta.
Please note: This event will be held in Maltese only.
Follow Heritage Malta’s WhatsApp Channel to stay informed!
Receive important alerts, including updates about potential event postponements due to unforeseen circumstances.
Qed jonfoħ mill-Punent! Mawra mal-imtieħen tar-riħ f’Għawdex
Tour
05 Apr 2025
Is-Sibt: 09.45 - 13.15
Mgarr, Gozo
Adulti, Anzjani, Studenti €15
Tfal, Membri €10
Getting Here
Public Transport
The closest bus stop is 1 minute on foot. Interested in getting here by public transport?
Plan your journey