Nhar il-Ħadd 12 ta’ Jannar, Heritage Malta qed tistiednek għal mixja b’differenza fil-Belt Valletta. Bil-gwida ta’ Mario Coleiro, u b’rabta mal-wirja TOPIA f’MUŻA, se nħarsu lejn il-ħwienet uniċi li jsawru l-kapitali.
Ir-rotta se tibda proprju minn MUŻA, fi Triq il-Merkanti, fejn il-parteċipanti se jkollhom l-opportunità jesperjenzaw il-wirja TOPIA. Din il-wirja mill-artist Ingliż Barnaby Barford toffri esplorazzjoni unika tan-nisġa kulturali u soċjo-ekonomika għanja ta’ Malta, mil-lenti tal-ħwienet tagħha. Wara flimkien se nserrpu qalb it-toroq uniċi tal-Belt, bil-lenti fuq il-ħwienet u postijiet imsemmija fl-istess wirja, u niskopru aktar dettalji dwarhom.
Niltaqgħu ħdejn MUŻA, ftit qabel l-10:00am. Il-mixja tieħu madwar siegħa u nofs, u hija bil-Malti.
Irriserva postok minn kwalunkwe mużew jew sit ta’ Heritage Malta, jew online hawn: Store – Heritage Malta. Il-biljetti jiswew €10 għall-adulti, u €5 għall-anzjani, l-istudenti, tfal sa 11-il sena, u membri ta’ Heritage Malta.
Mixja ma’ Mario Coleiro – TOPIA
Event
12 Jan 2025
Il-Ħadd: 10.00 - 11.30
Valletta, Malta
Adults €10
Seniors, Students, Children, Members €5
Getting Here
Public Transport
The closest bus stop is 5 minutes on foot. Interested in getting here by public transport?
Plan your journey