Avventura oħra qalb it-toroq pittoreski tal-Kottonera – din id-darba fl-Isla!
Ingħaqdu magħna nhar il-Ħamis l-1 ta’ Mejju, festa pubblika, għal mixja ma’ Mario Coleiro madwar Città Invicta – il-belt mhux mirbuħa, magħrufa aħjar minna l-Maltin bħala l-Isla.
Għalkemm l-iżgħar fost it-Tlett Ibliet, l-Isla tiġbor fiha storja twila u għanja mhux inqas minn dik tal-ġirien tagħha. Xtutha mimlijin dgħajjes imlewna, is-swar u l-binjiet setgħana li jħarsuha, u l-imqades u t-toroq imtarrġa tagħha, raw ġrajjet pajjiżna tintiseġ.
Il-mixja tibda fl-10.00am. Niltaqgħu mad-daħla ewlenija tal-Isla u nerħulha l-ewwel lejn fejn kien il-Forti San Mikiel. Minn hemm inkomplu bir-rotta, fejn se niskopru spunti u rakkonti interessanti – dwar l-industrija tat-Tarzna, il-Bażilika ta’ Marija Bambina, il-Knisja ta’ San Ġiljan, il-Ġnien tal-Gardjola, l-Għar tas-Sirena, u l-Maċina, fost oħrajn.
Il-biljetti jiswew €10 għall-adulti, u €5 għall-anzjani, l-istudenti, tfal sa 11-il sena, u membri ta’ Heritage Malta. Irriserva postok minn kwalunkwe mużew jew sit ta’ Heritage Malta, jew online hawnhekk: Store – Heritage Malta
Bħalissa huma disponibbli biss il-biljetti għall-membri ta’ Heritage Malta. Il-biljettti għall-pubbliku se jkunu għall-bejgħ minn nhar it-Tlieta 25 ta’ Marzu.
Receive important alerts, including updates about potential event postponements due to unforeseen circumstances.
Follow us on: Heritage Malta | WhatsApp Channel
To stay updated, click the ‘Follow’ button at the top-right corner of your screen and don’t forget to tap the bell icon to enable notifications.
(FULLY BOOKED) – Mixja ma’ Mario Coleiro – Isla
Tour
01 May 2025
Il-Ħamis: 10.00 - 12.30
L-Isla, Malta
Adulti €10
Anzjani, Studenti, Membri, Tfal sa 11-il sena €5
Getting Here
Public Transport
The closest bus stop is 2 minutes on foot. Interested in getting here by public transport?
Plan your journey