Nhar il-21 ta’ Settembru, f’Jum l-Indipendenza, Heritage Malta qed tistiednek għal mixja f’lokalità b’rabta soda mal-ġrajjiet li pajjiżna jfakkar dakinhar. Imxi magħna fil-Furjana, taħt il-gwida esperta ta’ Mario Coleiro, li jgħaddina minn qalb il-ġonna, minn quddiem monumenti, minn qrib l-iljun famuż, u minn ħdejn il-knejjes filwaqt li jirrakkontalna l-ġrajjiet ta’ belt mogħnija b’wisq aktar mill-Fosos.

Niltaqgħu quddiem il-Ġnien Herbert Ganado fl-09.45am. Il-mixja tibda fl-10.00am u tintemm madwar 12.00pm.

Din il-mixja hija bil-Malti. This event is in Maltese.

Il-biljetti se jkunu jinkisbu minn kwalunkwe sit jew mużew ta’ Heritage Malta, jew online fuq Store – Heritage Malta , aktar qrib tad-data tal-attività.

Mixja ma’ Mario Coleiro: Imxi magħna fil-Furjana!

Event

21 Sep 2023

Thursday: 10.00 - 12.00

Floriana, Malta

Skip to content