Nhar il-Ħamis 19 ta’ Marzu, festa pubblika, qegħdin nistednukom għal mixja ma’ Mario Coleiro f’Ħaż-Żebbuġ. Se niltaqgħu ħdejn il-Bieb ta’ De Rohan fejn se nitkellmu dwar il-mafkar f’ġieħ Mikiel Anton Vassalli. Il-mixja tagħna mbagħad tkompli fi Triq il-Kbira, fejn se nosservaw il-bini sabiħ li jinsab fiha.
Nieqfu ħdejn il-Knisja ta’ San Rokku u nitkellmu fuq l-istatwa tal-istess qaddis. Hawnhekk se nkunu qed nagħmlu referenza għar-raħal antik ta’ Ħal Mula. Se nduru dawn l-inħawi flimkien u nimxu lejn il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Mamo.
Wara nkomplu fi triqitna lejn l-Ospizju ta’ San Ġużepp u l-pjazzetta ta’ quddiemu. Minn hawn nidħlu fil-pjazza ewlenija, fejn naraw il-Knisja Parrokkjali u l-Każin De Rohan. Hawnhekk nagħmlu pawsa qasira, imbagħad nimxu lejn il-Knisja tal-Madonna tal-Anġli, u wara lejn il-Knisja u l-Palazz tal-Madonna tal-Abbandunati.
Minn hawn nibqgħu mexjin fid-direzzjoni tar-raħal antik ta’ Ħal Muxi u mmorru lejn il-Palazz ta’ Bonnici Mallia u l-Knisja tad-Duluri. Naslu ħdejn il-Każin tal-Banda San Filep, is-Salib tal-Pjazza u l-Funtana tal-Ajkla.
Nimxu lejn il-Każin 12 ta’ Mejju u naraw il-monumenti ta’ Dun Karm Psaila u ta’ Antonio Sciortino. Flimkien ngħaddu minn Vjal il-Ħelsien, fejn intemmu l-mixja tagħna f’Ħaż-Żebbuġ.
Il-biljetti jiswew €10 għall-adulti, u €5 għall-anzjani, l-istudenti u t-tfal sa 11-il sena, u membri ta’ Heritage Malta.
Erfa’ postok minn kwalunkwe mużew jew sit ta’ Heritage Malta, jew online.
Follow us on: Heritage Malta | WhatsApp Channel
Receive important alerts, including updates about potential event postponements due to unforeseen circumstances.
To stay updated, click the ‘Follow’ button at the top-right corner of your screen and don’t forget to tap the bell icon to enable notifications.
(Fully Booked) Mixja ma’ Mario Coleiro – Ħaż-Żebbuġ
Tour
19 Mar 2026
Il-Ħamis: 10.00 - 12.30
Żebbuġ, Malta
Adulti €10
Studenti €5
Tfal (sa 11-il sena) €5
Membri €5
Getting Here
Public Transport
The closest bus stop is 3 minutes on foot. Interested in getting here by public transport?
Plan your journey