Milied fil-qalba ta’ wirtna!
Din is-sena, għal żmien il-festi, Heritage Malta tistiednek tesperjenza l-maġija tal-Milied permezz ta’ sensiela ta’ avvenimenti l-ġmiel tagħhom li se jiċċelebraw il-kultura, it-tradizzjoni u l-istorja għanja ta’ pajjiżna.
Iċ-ċelebrazzjonijiet jibdew il-Ħadd 14 ta’ Diċembru bl-attività ‘Milied fil-Mużew’, li se ssir fil-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali, fl-Imdina. Il-faxxinu Barokk tal-Palazz Vilhena se jiddawwal b’mijiet ta’ bozoz iteptpu, u r-riħa tfuħ tal-ħelu tal-istaġun u melodiji li jferrħu l-qlub se jimlew l-ispazji sbieħ tiegħu. Il-viżitaturi se jidħlu f’dinja li timliek bil-ferħ, bi spettaklu live, attivitajiet interattivi għat-tfal, ikel u xorb tipiku ta’ dan iż-żmien tas-sena, u saħansitra żjara minn Santa Klaws innifsu, li se jkun qed jirċievi l-ittri taċ-ċkejknin!
Id-dħul huwa abbażi ta’ donazzjoni b’risq l-Istrina. Għal aktar informazzjoni, ŻUR HAWN.
Is-Sibt 20 ta’ Diċembru, nistiednu tfal minn 7 snin ‘il fuq jimirħu fil-kreattività tagħhom f’workshop bl-isem ‘Imbuljuta u Blalen tas-Siġra tal-Milied’ fil-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu. Hawnhekk il-parteċipanti ċkejknin se joħolqu l-blalen tas-siġra tal-Milied tagħhom stess u jitgħaxxqu bir-riħa tfuħ taċ-ċikkulata u l-qastan waqt li dawn itektku flimkien biex joħolqu x-xarba tradizzjonali Maltija tal-imbuljuta.
Dan it-tmiem il-ġimgħa speċjali jkompli l-għada, il-Ħadd 21 ta’ Diċembru, b’sessjoni ta’ tisjir tradizzjonali tal-Milied miftuħa biss għall-membri ta’ Heritage Malta. F’din l-attività delizzjuża, il-parteċipanti se jitgħallmu kif jippreparaw żewġ riċetti maħbuba tal-istaġun – għal darb’oħra l-imbuljuta, u ma tistax tonqos il-pudina. Żewġ riċetti li jiġbru fihom il-ħlewwa tan-nostalġija u l-waqtiet imqattgħin ma’ nies għeżież.
Iċ-ċelebrazzjonijiet ikomplu nhar it-Tlieta, 23 ta’ Diċembru, fil-Forti Sant’Iermu bl-avveniment ‘Wartime Christmas’ għal tfal ta’ bejn is-6 u l-10 snin. Il-parteċipanti se jiskopru kif dari, is-suldati kienu jiċċelebraw il-Milied matul il-gwerra, waqt li jagħtu ħarsa lejn menuwijiet rari, ritratti u kartolini tal-Milied. Bi 15-il post biss disponibbli (attività bil-Malti u bl-Ingliż), it-tfal se jgawdu esperjenza ħelwa u kreattiva fejn se joħolqu l-ornament tal-Milied tagħhom b’tema militari.
Christmas in the heart of our heritage!
This festive season, Heritage Malta invites you to experience the magic of Christmas through a series of enchanting events that celebrate our islands’ rich culture, tradition and history.
The celebrations begin on Sunday 14th December with ‘Christmas at the Museum’ at the National Museum of Natural History, Mdina. The baroque splendour of Vilhena Palace will come alive with twinkling lights, the scent of festive treats, and joyful melodies filling its grand halls. Visitors will be welcomed into a heartwarming haven of cheer, with live entertainment, fun hands-on activities for children, delicious seasonal food and drinks, and even a special visit by Santa Claus himself, who will be accepting young visitors’ letters!
Admission is donation-based, in aid of L-Istrina. MORE INFO HERE
On Saturday 20th December, creativity takes centre stage at the Inquisitor’s Palace in Birgu with the workshop titled ‘Christmas Baubles and Imbuljuta’, aimed at children aged 7 and above. Young participants will design their own sparkling Christmas baubles and enjoy the comforting aroma of chocolate and chestnuts as they prepare a warm cup of traditional Maltese ‘imbuljuta’ to share.
The festive weekend continues on Sunday 21st December at the Inquisitor’s Palace in Birgu, with an exclusive Heritage Malta Members’ traditional Christmas cooking session. During this scrumptious activity, participants will rediscover the flavours of Maltese Christmas heritage by preparing two cherished local delicacies, once again the spiced ‘imbuljuta’ and the staple ‘pudina’, recipes that carry the sweetness of nostalgia and generations of hearty gatherings.
The celebrations continue on Tuesday, 23rd December, at Fort St Elmo with ‘Wartime Christmas’, a charming workshop for children aged 6–10. Young participants will discover how soldiers celebrated Christmas during the war, browsing rare menus, photos and heartfelt Christmas cards. With just 15 spaces available (session held in Maltese and English), children will enjoy a cosy, creative experience as they design their own military-themed Christmas ornament.
Milied fil-Qalba ta’ Wirtna
14 Dec 2025 - 21 Dec 2025
Different week days:
Ticket prices vary €