Il-Palazz tal-Inkwiżitur ma nbeniex f’salt u għandu storja mifruxa fuq 500 sena. Matul dawn is-sekli kien hemm diversi proġetti ta’ titjib u diversi residenti li biddlu l-użu skont l-esiġenzi tagħhom. Illum il-Palazz tal-Inkwiżitur jibqa’ palazz uniku fix-xorta tiegħu għall-gżejjer Maltin.

Biex tiskopri dan kollu u aktar, ingħaqad ma’ Kenneth Cassar, Kuratur Anzjan għall-Etnografija fi ħdan Heritage Malta, għat-tieni sessjoni minn serje ta’ taħditiet bla ħlas maħsuba minn Heritage Malta biex tressaq lil min hu interessat lejn għarfien aktar sħiħ ta’ din l-istituzzjoni storika f’pajjiżna. It-taħdita se ssir fil-Palazz stess nhar il-Ħamis 7 ta’ Diċembru fis-7.00pm. In-numru ta’ biljetti huwa limitat, u dawn se jkunu jistgħu jinqatgħu mis-siti u mużewijiet kollha ta’ Heritage Malta u online fuq Store – Heritage Malta aktar qrib id-data tal-attività.

L-Inkwiżizzjoni – It-tieni sessjoni: Il-bini ta’ palazz għall-Inkwiżituri

Lecture

07 Dec 2023

Thursday: 19.00

Vittoriosa, Malta

Getting Here

Address

Inquisitor’s Palace,

Main Gate Street, Birgu BRG 1023,

Vittoriosa,

Malta

Get Directions

Public Transport

The closest bus stop is 3 minutes on foot. Interested in getting here by public transport?

Plan your journey
Skip to content