Kuraġġużi biżżejjed li torqdu fil-ħabs tal-Palazz tal-Inkwiżitur għall-Għid tal-Erwieħ?

Nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Ottubru, Heritage Malta qed tistiednek tesperjenza lejl uniku fil-Palazz tal-Inkwiżitur, qalb tradizzjonijiet popolari marbuta mal-mewt, l-erwieħ u l-ħajja wara l-mewt, bil-possibilità li torqod f’ċella storika fil-ħabs tal-palazz matul il-lejl.

Iddawwar b’mod esklussiv mal-palazz u l-wirja ‘Dumnikani fil-Palazz’, b’tazza maħluta f’idejk – xarba ħelwa-morra speċjali li tfakkar it-tlugħ u l-inżul fil-ħajja. Wara, skopri aktar dwar il-karità, il-mewt u d-drawwiet marbuta mal-Għid tal-Erwieħ fil-Prijorat tad-Dumnikani, b’aċċess għal inħawi u oġġetti kurjużi li normalment ma jkunux aċċessibbli għall-pubbliku. Aktar tard kulħadd se jiġi servut ċena tematika, li tfakkar ir-riti funerarji, il-borma u l-ħanżira tal-Erwieħ, bi spjega minn Ġużi Gatt li se jelabora fuq is-sinifikat tagħhom. Fl-aħħar nett, kull min iħossu kuraġġuż biżżejjed jista’ jorqod fiċ-ċelel tal-ħabs li jmorru lura għas-seklu sbatax, jew fi spazji storiċi oħra fil-Palazz tal-Inkwiżitur.Din l-attività ser issir bil-Malti u tibda fis-19:00. Niltaqgħu fis-18:30 fir-reception tal-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu.Il-biljetti jistgħu jinkisbu mis-siti u l-mużewijiet kollha ta’ Heritage Malta, jew online fuq:

Attività biss: https://heritagemalta.mt/store/e1128

Attività bil-lejl inkluż: https://heritagemalta.mt/store/e1129

Dawk li jagħżlu li jibqgħu matul il-lejl iridu jġibu magħom it-tagħmir tal-irqad. Għal iktar informazzjoni żur: heritagemalta.org/whats-on

L-Għid tal-Erwieħ – Mill-Palazz għall-Kunvent

Event

28 Oct 2022

Friday: 19.00 - 23.00

Birgu, Malta

Getting Here

Address

Birgu,

Malta

Get Directions

Public Transport

The closest bus stop is 5 minutes on foot. Interested in getting here by public transport?

Plan your journey
Skip to content