Il-Lejl

Fl-attività bl-isem ‘Il-Lejl’, il-Ġimgħa 6 ta’ Ġunju 2025, il-parteċipanti se jesploraw il-ħajja affaxxinanti tal-ħlejjaq ta’ billejl fil-Park Arkeoloġiku ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra. L-avveniment, li se jsir bil-Malti u hu limitat għal massimu ta’ 30 persuna, jibda fis-7:30pm u jispiċċa għall-11:00pm.

L-avveniment jibda b’mument soċjali fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi, fejn il-parteċipanti jistgħu jieħdu kafè jew xarba friska waqt li jsiru jafu lil xulxin. Wara, se ssir preżentazzjoni dwar ix-xagħri u l-pajsaġġ naturali tal-Park.

Sussegwentement, il-grupp jitlaq għal mixja mmexxija minn kuratur lejn il-mafkar ta’ Congreve biex josserva u jisma’ mill-qrib il-ħsejjes u l-movimenti tal-ħlejjaq ta’ billejl li jgħixu fil-Park. Din l-esperjenza tipprovdi opportunità unika biex wieħed jiskopri aspetti mhux daqshekk magħrufa tal-ħajja naturali lokali f’ambjent maġiku ta’ billejl.

Sabiex l-attività tkun komda u pjaċevoli, nissuġġerixxu li l-parteċipanti jġibu magħhom flixkun ilma, torċ u jilbsu żarbun komdu adattat għall-mixi.

Ibbukkja postok online minn HAWN jew fiżikament minn kwalunkwe mużew jew sit ta’ Heritage Malta.


Follow Heritage Malta’s WhatsApp Channel to stay informed!

Receive important alerts, including updates about potential event postponements due to unforeseen circumstances

Il-Bniedem u l-Madwar: Il-Lejl

Tour

06 Jun 2025

Friday: 19.30 - 23.00

Qrendi, Malta

Member €20

Adult €25

Getting Here

Address

Ħaġar Qim and Mnajdra Archaeological Park,

Triq Ħaġar Qim,

Qrendi,

Malta

Get Directions

Public Transport

The closest bus stop is 3 minutes on foot. Interested in getting here by public transport?

Plan your journey
Skip to content