Skopri l-Park Arkeoloġiku ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra fi tliet esperjenzi uniċi matul ħinijiet differenti tal-jum!
L-Għabex (26 ta’ April) jieħdok għal mixja filgħaxija f’siti storiċi bħal Ħaġar Qim u l-Imnajdra, u siti oħra kif żviluppa l-pajsaġġ matul iż-żminijiet u tispiċċa b’togħma ta’ ikel tradizzjonali Malti.
Il-Lejl (6 ta’ Ġunju) joffrilek l-opportunità li tosserva u tisma’ l-ħlejjaq ta’ billejl waqt mixja lejn il-Mafkar ta’ Congreve, bi preżentazzjoni dwar il-pajsaġġ tax-xagħri.
Iż-Żerniq (18 ta’ Ottubru) joffri esperjenza filgħodu, fejn ir-relazzjoni bejn il-popolazzjoni Neolitika u l-ambjent tiġi esplorata b’taħlita ta’ riflessjoni u informazzjoni, segwita minn żjara f’Ħaġar Qim u kolazzjon fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi.
Tista’ tesperjenza l-Park minn perspettivi differenti, b’għarfien, skoperta u esperjenza unika! Minn dawn it-tliet esperjenzi, L-Għabex biss se jkun jikonsisti f’tour bl-Ingliż u bil-Malti – l-oħrajn se jkunu bil-Malti biss. Iżjed dettalji dwar kull attività, inkluż tagħrif dwar il-biljetti, se jingħataw ‘il quddiem.
Żomm għajnejk fuq il-mezzi soċjali ta’ Heritage Malta u fis-sit ta’ Heritage Malta!
Follow Heritage Malta’s WhatsApp Channel to stay informed!
Receive important alerts, including updates about potential event postponements due to unforeseen circumstances.
Il-Bniedem u l-Madwar: “L-Għabex”, “Il-Lejl” u “Iż-Żerniq”
Tour
26 Apr 2025 - 18 Oct 2025
Qrendi, Malta
Il-biljetti tal-Lejl dalwaqt ser ikunu disponibbli €
Getting Here
Public Transport
The closest bus stop is 3 minutes on foot. Interested in getting here by public transport?
Plan your journey