Il-wirja ‘Tradiment u Vendetta: Il-konġura tal-iskjavi tal-1749 f’19-il tpinġija storika’, se tkun l-isfond għal taħdita pubblika minn Prof. Andrew Azzopardi, li se tgħinna naħsbu dwar ir-relevanza ta’ din il-ġrajja unika u temi relatati. It-taħdita se tittella’ fil-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu, nhar il-Ħamis 13 ta’ Marzu fis-19:00.

Il-wirja tipprovdi opportunità unika biex nifhmu kif il-mekkaniżmi ta’ esklużjoni – ibbażati fuq razza, kulur, twemmin u klassi, fost oħrajn – donnhom imnissla minn bżonn li npoġġu lil xulxin f’kaxex, għadhom iħallu impatt fuq is-soċjetà tagħna sal-lum il-ġurnata.

Il-Palazz tal-Inkwiżitur, li fih innifsu huwa simbolu ta’ storja kkumplikata, juri kif it-tradimenti u l-vendetti ġew riflessi mhux biss f’sitwazzjonijiet politiċi imma wkoll fil-kuntest kulturali u soċjali ta’ pajjiżna. U allura f’din it-taħdita pubblika se nistaqsu: x’sehem għandu dan l-ispazju f’dinja moderna li tipprietka inklussività iżda għadha tħabbat wiċċha ma’ sfidi ġodda ta’ esklużjoni? X’jagħmilna differenti? Id-differenza tista’ tgħix flimkien?

Din id-diskussjoni, li se ssir bil-Malti, se tgħaqqad perspettivi fuq kif narrattivi storiċi u wirjiet bħal ‘Tradiment u Vendetta’ jgħinu biex nifhmu aħjar ir-relazzjonijiet kumplessi bejn id-differenza u s-sens ta’ appartenenza. Bi ħsieb u riflessjoni, it-taħdita toffri għodda biex naraw aktar ċar id-dimensjonijiet soċjali, politiċi u kulturali tas-soċjetà tagħna.

Il-biljetti jiswew €5 u għandhom jinqatgħu minn qabel minn fuq http://www.heritagemalta.mt/store  jew mill-mużewijiet u s-siti ta’ Heritage Malta, minħabba li l-postijiet huma limitati.

Iċ-Ċaħda: Taħdita Pubblika

Lecture

13 Mar 2025

Thursday: 19.00 - 21.00

Birgu, Malta

Adult, Senior €5

Getting Here

Address

Inquisitor's Palace,

Triq il-Mina, l-Kbira,

Birgu,

Malta

Get Directions

Public Transport

The closest bus stop is 1 minute on foot. Interested in getting here by public transport?

Plan your journey
Skip to content