Jekk jogħġbok innota: Dan l-avveniment huwa ‘Fully Booked’.

Agħti togħma aktar ħelwa lil jum il-qaddis iċċelebrat biż-żeppoli!

Nhar it-Tlieta 19 ta’ Marzu, festa pubblika, Heritage Malta qed tistiednek iżżanżan dik it-tracksuit ikkulurita, tilbes l-aktar żarbun tal-mixi komdu li għandek, u taqbeż qabża sa wieħed mill-akbar, l-eqdem u l-aktar irħula popolati f’pajjiżna – Birkirkara.

Għal darb’oħra taħt il-gwida eċċellenti ta’ Mario Coleiro, se nterrqu fil-wesgħat u l-irkejjen ta’ dan ir-raħal biex niskopru r-rakkonti u l-intriċċi marbuta mal-binjiet u l-bnadi differenti tiegħu.

Bħall-vapuri tal-art li għal numru ta’ snin ta’ kuljum għaddew ivenvnu mill-qalba ta’ dan ir-raħal, il-vjaġġ tagħna se jibda minn Ġnien l-Istazzjon fl-10:00am, u se jeħodna tul is-sekli li nisġu r-raħal li nafu llum. Il-mixja tintemm ġol-qalba antika ta’ Birkirkara għall-ħabta tan-12:30pm.

Il-biljetti jiswew €10 għall-adulti, l-anzjani u l-istudenti, u €5 għat-tfal u għall-membri ta’ Heritage Malta. Tista’ tirriserva postok minn kwalunkwe mużew jew sit ta’ Heritage Malta, jew online minn hawn: Mixja Ma Mario Coleiro – Birkirkara – Heritage Malta

‘Birkirk-ara!’ – Mixja ma’ Mario Coleiro

19 Mar 2024

Tuesday: 10.00

Birkirkara, Malta

Adults €10

Seniors €5

Students €5

Children €5

Members €5

Getting Here

Address

Ġnien l-Istazzjon,

Kulleġġjata,

Birkirkara,

Malta

Get Directions

Public Transport

The closest bus stop is 2 minutes on foot. Interested in getting here by public transport?

Plan your journey
Skip to content