Nhar is-Sibt l-1 u l-Ħadd it-2 ta’ Ottubru Heritage Malta, il-Kunsill Lokali tal-Birgu u l-Kummissjoni Ġimgħa l-Kbira tal-Birgu qegħdin jistiednuk tingħaqad f’waħda minn żewġ żjarat gwidati offruti bla ħlas, sabiex tiskopri l-patrimonju artistiku u intanġibbli marbut mal-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid fil-Birgu. Dan fuq stedina tal-European Network of Holy Week and Easter Celebrations li l-Kunsill Lokali tal-Birgu hu affiljat fiha flimkien ma’ bliet oħra Ewropej li fl-istess tmiem il-ġimgħa ser ikunu qegħdin jiċċelebraw il-wirt kulturali marbut ma’ dawn il-festi. Iż-żjarat jibdew fl-10:00 b’introduzzjoni fil-wirja permanenti ġewwa l-Palazz tal-Inkwiżitur, u jkomplu b’ attrazzjonijiet oħrajn fil-Birgu marbuta mas-snajja’, l-artiġjanat, l-istorja u l-patrimonju artistiku tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid fil-Birgu. Iż-żjara ser tkun tinkludi fost oħrajn spjega ġewwa l-Oratorju tal-Kurċifiss, fejn jinżammu l-vari u fejn għall-okkażjoni tħejjiet wirja fuq l-opri fil-metall li jżejnu l-istatwi tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Birgu. Irriserva postok billi taqta’ biljett minn kwalunkwe mużew jew sit ta’ Heritage Malta, jew online fuq www.heritagemalta.org/store. Niltaqgħu fir-reception tal-Palazz tal-Inkwiżitur, kwarta qabel kull żjara.

Il-Birgu – ġawhra fil-European Network of Holy Week and Easter Celebrations

Event

01 Oct 2022 - 02 Oct 2022

Saturday & Sunday: 10.00 - 12.00

Birgu, Malta

Admission €0 (Pre-Booking Required)

Getting Here

Address

Birgu,

Malta

Get Directions

Public Transport

The closest bus stop is 3 minutes on foot. Interested in getting here by public transport?

Plan your journey
Skip to content