It-tfal li għandhom il-passaport tal-istudenti ta’ Heritage Malta qed jingħataw l-opportunità li jgawdu sajf mimli attivitajiet edukattivi u divertenti, grazzi għal programm imħejji għalihom mit-Taqsima għall-Edukazzjoni u l-Outreach tal-aġenzija nazzjonali għall-wirt kulturali.
B’differenza mis-sjuf preċedenti, l-attivitajiet ta’ dan is-sajf se jsiru kollha virtwalment permezz ta’ zoom.
Tpinġija f’mitt biċċa – Waqt din l-attività se nintroduċu lill-istudenti għall-mużajk fid-dinja Rumana, b’enfasi fuq il-mużajk misjub Malta. Waqt din l-attività se nagħmlu wkoll mużajk flimkien billi nużaw materjal mibgħut lill-parteċipanti minn HM.
Dawn l-attivitajiet ha jkunu bil-Malti u jisewew €5 kull waħda.
Minbarra dawn l-attivitajiet, matul dan is-sajf se jiġu organizzati tliet kompetizzjonijiet għall-istudenti – waħda kull xahar f’Lulju, Awwissu u Settembru. Il-kompetizzjonijiet se jinvolvu l-fotografija, il-kitba u t-tpinġija.
Biex tirreġistra għas-sessjonijiet: 
Program tas-Sajf – Tpinġija f’mitt biċċa – https://zoom.us/webinar/register/WN_UTyTECKmQCSV7RN1TUMOnA
Għal aktar tagħrif dwar kif tista tieħu sehem fil-kompetizzjonijiet, wieħed jista’ jibgħat email lil passport@heritagemalta.org .
Attivitajiet għat-tfal zgħar: Tpinġija f’mitt biċċa

Event

27 Jul 2021

Tuesday: 10.00 am - 11.50 am

Skip to content