Description
Additional Information
Nhar l-Erbgħa 6 ta' Lulju, Heritage Malta tixtieq tistiednek għal attività rilassanti wara l-ħinijiet tal-ftuħ li fiha l-grupp mużikali-letterarju Pick’n’Pen se jkun qed jagħti spettaklu fl-ambjent mill-isbaħ tal-Forti Sant’Iermu fil-Belt Valletta.
F’din il-lejla sajfija, il-forti se jkun mżewwaq bin-noti mill-isbaħ tal-kitarra klassika mill-mużiċist u kompożitur ta’ talent Franco Tartaglia. Jakkumpanjaw il-mużika se jkun hemm minn stejjer qosra oriġinali miktuba minn Andre Mangion, awtur u attur rinomat.
L-istoriku tal-ikel u rappreżentant ta' Taste History Dott. Noel Buttigieg se joffri wkoll punti interessanti dwar il-ftira Maltija, simbolu tal-jiem sajfin Maltin u llum parti mill-lista tal-wirt intanġibbli tal-umanità tal-UNESCO.
Is-serata tibda fit-20:00 u tispiċċa madwar l-22:00. Il-bibien jiftħu fis-19:30.
Il-biljetti jistgħu jinxtraw mis-siti u l-mużewijiet kollha ta’ Heritage Malta u online fuq Store - Heritage Malta . Il-prezz jinkludi tazza inbid jew soft drink kumplimentari, snacks se jkunu wkoll disponibbli.
Type | Adult, Senior, Student, Children |
---|