Heritage Malta ushering history into the future

Heritage Malta has joined forces with a number European partners in a new EU-funded project entitled ‘IMPULSE — IMmersive digitisation: uPcycling cULtural heritage towards new reviving StratEgies’, with the aim of taking the digitisation of our national heritage to the next level.

The project was launched on the 2nd of February, and its core mission is to radiate waves of transformation in how we engage and interact with our cultural heritage, breathing life into timeless stories waiting to be told anew.

In an era where the physical world intertwines with its own virtual-other, digital technologies provide us with powerful tools to shape stories of sustainable futures out of the multifaceted heritage our past is made of. By entering the Metaverse, IMPULSE will support the upcycling of already existing digitised cultural heritage content in immersive contexts, inviting collective, embodied, and engaging interactions with diverse perspectives and unsung narratives. 

This project aligns perfectly with Heritage Malta’s chief mission of preserving our shared heritage for posterity and making it accessible for everyone to experience and enjoy, for which it often partners up with other entities in related fields, both locally and overseas. 

Its Digitisation Unit’s excellent portfolio in research, education, and exhibition design is key in the agency’s participation in IMPULSE, applying its expertise with 3D digitisation technologies and their use in AR, VR and XR environments. 

The project will be completed in 2027.

IMPULSE is a HORIZON EUROPE project, coordinated by Uniwersytet Jagiellonski — Poland, and developed in collaboration with Katholieke Universiteit Leuven — Belgium, Alma Mater Studiorum – Università di Bologna — Italy, Universita Ta Malta — Malta, Heritage Malta, Filmuniversitat Babelsberg Konrad Wolf — Germany, Ethniko Kai Kapodistriako Panepistimio Athinon — Greece, Magna Zmien Foundation — Malta, Associazione Clust-ER Industrie Culturali e Creative — Italy, K8 Institut Fuer Strategische Aesthetik GGMBH — Germany, Explodedview sp. z o.o. — Poland

Heritage Malta tmexxi l-istorja fil-ġejjieni

Heritage Malta ngħaqdet ma’ numru ta’ msieħba Ewropej fi proġett ġdid iffinanzjat mill-UE intitolat ‘IMPULSE – IMmersive digitisation: uPcycling cULtural heritage towards new reviving StratEgies’, bil-mira li tieħu d-diġitizzazzjoni tal-wirt nazzjonali tagħna fil-livell li jmiss.

Il-proġett tnieda fit-2 ta’ Frar, u l-missjoni ewlenija tiegħu hija li jiġġenera mewġ ta’ tiġdid fil-mod kif nirrelataw u ninteraġixxu mal-wirt kulturali tagħna, u b’hekk jagħti ħajja ġdida lil stejjer li jitraxxendu s-sekli li qed jistennew li jingħadu mill-ġdid.

Fi żmien fejn id-dinja fiżika hija minsuġa b’mod tant b’saħħtu mal-verżoni virtwali tagħha, it-teknoloġiji diġitali jipprovdulna għodod b’saħħithom biex insawwru stejjer ta’ ġejjieni sostenibbli mill-wirt multidimensjonali li l-passat tagħna huwa mgħoni bihom. Billi jidħol fil-Metaverse, l-IMPULSE se jgħin biex wirt kulturali diġà diġitizzat ikun jista’ jintuża f’kuntesti immersivi, li jistiednu interazzjonijiet kollettivi, inkorporati u kaptivanti b’ perspettivi diversi u narrattivi oriġinali. 

Dan il-proġett jallinja perfettament mal-missjoni ewlenija ta’ Heritage Malta li tippreserva l-wirt komuni tagħna għall-posterità u tagħmlu aċċessibbli għal kulħadd biex jesperjenza u jgawdi, li għaliha spiss tissieħeb ma’ entitajiet oħra f’oqsma relatati, kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta. 

Il-portafoll eċċellenti tat-Taqsima tad-Diġitizzazzjoni fir-riċerka, l-edukazzjoni u d-disinn tal-wirjiet huwa kruċjali fil-parteċipazzjoni tal-aġenzija fl-IMPULSE, bl-applikazzjoni tal-għarfien espert tagħha f’teknoloġiji ta’ diġitizzazzjoni 3D u l-użu tagħhom f’ambjenti AR, VR u XR. 

Il-proġett se jitlesta fl-2027.

IMPULSE huwa proġett tal-HORIZON EUROPE, immexxi minn Uniwersytet Jagiellonski – Polonja, u żviluppat b’kollaborazzjoni ma’ Katholieke Universiteit Leuven – Il-Belġju, Alma Mater Studiorum – Università di Bologna – l-Italja, Università ta’ Malta – Malta, Heritage Malta, Filmuniversitat Babelsberg Konrad Wolf – Il-Ġermanja, Ethniko Kai Kapodistriako Panepistimio Athinon – Il-Greċja, Il-Fondazzjoni Magna Żmien – Malta, Associazione Clust-ER Industrie Culturali e Creative – L-Italja, K8 Institut Fuer Strategische Aesthetik GGMBH — Il-Ġermanja, Explodedview sp. z o.o. — Il-Polonja.

Share this article
Other Projects

1st September 2023 - 31st August 2027

Horizon Europe: Stecci

1st January 2023 - 31st December 2026

Horizon Europe: ENIGMA

19th November 2018 - TBA

Grand Master’s Palace

1st July 2020 - TBA

Villa Guardamangia

Skip to content